“Jgħix ħajja ta’ rè!” hija frażi li spiss nużaw biex niddiskrivu persuna li tgħix ħajja lussuża. Madanakollu, dan il-paragun huwa ġust? Minn l-aktar mumenti imbarazzanti jinqabdu f’ritratti sa li jkollok tmur għal diversi avvenimenti wara li t-tarbija tiegħek ma ħallitekx torqod, il-ħajja rjali hija ħajja mimlija sfidi.

Buisness Insider ġabar sett ta’ ritratti mill-ħajja tal-familja rjali Ingliża biex juri l-isfidi li tiltaqa’ magħhom din il-familja:

Il-kameras jaqbduhom f’kull tip ta’ mument imbarazzanti; anki f’nofs għatisa

…jew waqt li qed joħorġu ż-żibel.

Id-dinja kollha tkun qed tarhom meta t-tifel tagħhom jkollu tantrum.

Il-kameras jkunu ffukati fuqhom il-ħin kollu, jridu jew ma jridux!

Filwaqt li nies ta’ kull età jippruvaw jieħdu s-selfies magħhom, anki meta ma jkollhomx aptit.

Ma jistgħux jilbsu dak li jridu…

Filwaqt li hemm tibdiliet li jridu jilbsuhom bilfors.

Apparti minn dan kollu, affarijiet li jagħmlu n-nies komuni jridu jagħmluhom ukoll, bħal jaqbdu il-ferrovija, jsuqu u xi kultant anki jixtru mingħand tal-grocer.

Minkejja li l-ħajja rjali tista tidher ideali għal ħafna, min hu parti minn familja rjali jkollu jissagrifika l-privatezza tiegħu, filwaqt illi xorta jkollu jagħmel affarijiet li jagħmel il-bniedem komuni.