Raġel tela’ ma waħda mill-aktar għoljiet wieqfa f’California, l-Amerka mingħajr ma uża l-ebda ħabel. Ir-raġel li għandu 33 sena irnexxielu jitla’ ma għolja bl-isem ta’ El Capitan, li hija għolja aktar minn 900 metru.

Huwa tela’ mingħajr l-ebda għajnuna ta’ persuni oħra u ġibed dokumentarju dwar din l-avventura. Huwa sar l-ewwel persuna li qatt għamel din it-tip ta’ avventura u temma b’suċċess.

Din l-avventura ħaditlu ‘l fuq minn tliet sigħat biex spiċċaha u issa qed igawdi t-titlu tal-aqwa persuna f’dan l-isport.