It-tenur Taljan Andrea Bocelli qed jirritorna lura għax-xena mużikali b’album ta’ kanzunetti ġodda u anke dwett mat-tifel tiegħu, Matteo Bocelli.

L-album bl-isem ta’ “Si” se jkun ċelebrazzjoni tal-imħabba, tal-familja, tal-fidi, u tama. L-album se joħroġ fis-26 ta’ Ottubru.

Bocelli kien kanta quddiem il-Papa Franġisku waqt il-Laqgħa Dinjija tal-Familji f’Dublin, l-Irlanda. Bocelli kien ħa sehem f’kunċert mat-tenur Malti Joseph Calleja fl-2017.