Il-kunċert annwali ta’ Joseph Calleja se jkollu żieda speċjali s-sena d-dieħla, peress li Calleja se jingħaqad ma’ Andrea Bocelli għal darb’oħra.

Il-kantant Taljan, magħruf għall-vuċi eċċezzjonali tiegħu, għandu 15-il album ta’ mużika pop u anke klassika, 9 operetti, u bigħ mad-90 miljun album madwar id-dinja. Huwa kien diġà pparteċipa fil-kunċert annwali ta’ Calleja fl-2017.

Fil-kunċert, se tkun preżenti wkoll l-Orkestra Filarmonika Maltija. Il-kunċert se jittella’ fl-24 t’Awwissu, u l-biljetti huma diġà għall-bejgħ.

Fl-aħħar ftit jiem, Bocelli ħareġ kanzunetta ma’ ibnu, bl-isem “Fall on Me,” li ntlaqgħet tajjeb ferm min-nies, li qed jistennew bi ħġarhom għal aktar kanzunetti mill-album “Si” li se joħroġ fis-26 t’Ottubru.