Riklam ġdid li qed idur fiċ-Ċina qed jirriklama kumpanija li qed tipprova tikri l-ħwejjeġ minflok tbigħ. Din l-inizjattiva bdiet mill-kumpanija start-up f’Beijing bl-isem ta’ Y Closet.

Doris Ke, li kkreat il-kampanja, sostniet li l-konsumaturi Ċiniżi għadhom mhxi ċerti dwar jekk għandhom jilbsu ħwejjeġ li jkunu diġà intlibsu qabel, minn persuni mhux magħrufa. Spjegat li l-għan tar-riklam li qed idur fuq it-televiżjoni huwa biex juri li l-ħwejjeġ  jiġu maħsula u mnaddfa bir-reqqa.

Y Closet hija waħda minn bosta kumpaniji tal-moda madwar id-dinja li qed jissieltu sabiex iqajjmu kultura ta’ kiri, minflok xiri ta’ ħwejjeġ.