Il-kowċ ta’ Napoli Carlo Ancelotti faħħar il-wirja ta’ Ronaldo hekk kif Juventus għelbu lit-tim tiegħu ġewwa Turin. Il-plejer Portugiż ma żiedx mat-tliet gowls li diġà għandu fis-Serie A iżda pprovda żewġ assists u kien dejjem perikoluż fl-attakk.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet li ttellgħet wara l-logħba, Ancelotti stqarr: “Hu [Ronaldo] huwa dejjem preżenti fl-attakk u kif għedt qabel jagħti valur miżjud lis-Serie A. Huwa tassew pjaċir li qed narawh jilgħab ġewwa l-Italja.”

Ancelotti kien kowċ ta’ Ronaldo għal żewġ staġuni meta t-tnejn kienu ma’ Real Madrid u flimkien rebħu l-għaxar trofew taċ-Champions League fl-istorja tal-klabb fl-2014.