West Ham rebħu l-ewwel logħba f’darhom matul dan l-istaġun meta għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 3-1. Il-‘Hammers’ issa jinsabu fit-tnax-il post filwaqt li t-tim ta’ Jose Mourinho niżel fit-tminn post u għandu tminn punti nqas minn Liverpool li jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika.

L-attakkant Brażiljan Felipe Anderson fetaħ l-iskor wara 5 minuti u awto gowl ta’ Victor Lindelof għamilhom 2-0 qabel tmiem l-ewwel taqsima. Marcus Rashford naqqas id-distakk għal Manchester United iżda Marko Arnautovic temm it-tamiet tar-‘Red Devils’ li jiksbu d-draw meta skurja t-tielet gowl għal West Ham fl-74 minuta.

Manchester United kellhom l-għar bidu fi staġun għal dawn l-aħħar 29 sena u Mourinho jista’ jitkeċċa minn Ed Woodward jekk jibqa’ jitlef il-punti.