Il-General Manager ta’ Juventus Beppe Marotta ħabbar li mhux se jingħata kuntratt ġdid la jintemmlu l-ftehim attwali tiegħu fi tmiem ix-xahar. Marotta, li għandu 61 sena, ingħaqad ma’ Juventus fl-2010 wara li qatta’ tminn snin ma’ Sampdoria u kellu rwol importanti f’perjodu mimli suċċessi għall-bianconeri.

Marotta għadu kemm ġie magħżul bħala l-aqwa direttur fl-Ewropa hekk kif għeleb il-konkorrenza ta’ Ferren Soriano u ta’ José Angel Sanchez li għandhom rwol fi ħdan Manchester City u Real Madrid rispettivament.

Wara li Juventus rebħu kontra Napoli, Marotta stqarr mal-istazzjon televiżiv RAI: “Il-klabb xtaq hekk u ma kienx hemm fattur wieħed partikolari li wassal għal din id-deċiżjoni.”