L-eks attakkant ta’ Manchester United u Arsenal Robin Van Persie skurja free-kick mill-isbaħ fis-87 minuta hekk kif Feyenoord kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra Vitesse. Madanakollu l-attakkant veteran tkeċċa wara daħla kerha fuq Max Clark.

Vitesse marru fil-vantaġġ fit-32 minuta grazzi għal Matus Bero iżda Eric Botteghin ġab id-draw għal Feyenoord fil-bidu tat-tieni taqsima. Vitesse spiċċaw b’disa’ plejers wara li Thomas Bruns u Daniljo Doekhi tkeċċew.

Van Persie sar it-tielet plejer li ntwera l-karta l-ħamra hekk kif il-plejer ta’ 35 sena, li reġa’ ngħaqad ma’ Feyenoord wara li qatta’ tliet staġuni ma’ Fenerbahçe, temm il-partita fuq nota negattiva.