L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)  qed tfittex li tissaħħaħ ukoll mill-aspett tar-riżorsi umani, b’mod partikolari biex tħaddan ir-realtajiet tat-teknoloġija finanzjarja.

Fi stqarrija, l-MFSA qalet li din il-ġimgħa, fl-okkażjoni ta’ Freshers’ Week, uffiċjali mit-tim tar-Riżorsi Umani kif ukoll membri oħra tal-istaff qed jiltaqgħu mal-istudenti tal-Università biex jitkellmu magħhom dwar x’opportunitajiet eċitanti jeżistu mal-Awtorità.

L-istudenti għandhom iċ-ċans jirbħlu tliet iPads tas-sitt ġenerazzjoni. Kull ma jridu jagħmlu huwa li jżuru l-istand u jieħdu sehem fil-kampanja “Be A Hero”, u jieħdu ritratt bil-poża ta’ supereroj. Dawk bl-aktar Likes jirbħu: ir-rebbieħa se jitħabbru fil-15 ta’ Ottubru.

Bħalissa l-MFSA għandha numru ta’ opportunitajiet ta’ impjieg f’livelli differenti. Min hu interessat jista’ jibgħat is-CV tiegħu flimkien ma’ ittra fuq vacancies@mfsa.com.mt