Żewġ swali ġodda ddisinjati u ppjantati speċifikament għall-persuni li jbatu mid-dimensja ġew inwagurati mis-Segretarju Parlamentari Anthony Aguis Decelis f’San Vinċenz de Paule.

Waqt l-inawgurazzjoni, Decelis qal li s-Segretarjat Parlamentari flimkien mal-entitajiet ikkonċernati qed jaħdem bla waqfien biex jindirizzaw ir-realtà tal-lum.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz, Dr Josianne Cutajar, qalet li f’Malta hawn madwar 6,000 persuna bid-dimensja u rrimarkat li hemm diversi riskji meta din tkun qiegħda fi stadju avvanzat.

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari qal li dawn l-investimenti juru li l-Gvern jagħti widen għas-sitwazzjoni preżenti li għaddejjin minnha diversi anzjani bid-dimensja u l-familjari tagħhom.