Waqt Follow Up tal-Ħamis 4 t’Ottubru, niddiskutu il-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni u t-traffikar tal-bnedmin flimkien ma’ Anna Vella minn Dar Hosea, il-Fondazzjoni St Jeanne Antide, li huwa ċentru għan-nisa fil-prostituzzjoni.

Wara nisimgħu l-aħħar żviluppi mill-Ministeru għat-Transport dwar il-proġetti tat-toroq.

Fl-aħħar, nitkellmu mal-President tal-MUT Marco Bonnici biex jispjega għaliex ġie mħabbar strajk tat-teachers nhar it-Tnejn li ġej.

Follow Up fuq RTK 103FM ta’ nhar ta’ Ħamis bejn il-5pm u s-6pm huwa ppreżentat minn George Vital Zammit