Il-kowċ nazzjonali tal-Portugal Fernando Santos ħalla barra lil Cristiano Ronaldo u b’hekk ir-rebbieħ ta’ ħames edizzjonijiet tal-Ballun tad-Deheb se jitlef il-logħbiet kontra l-Polonja u l-Iskozja. L-attakkant ta’ Juventus, li skurja 85 darba f’154 logħba għar-rebbieħa ta’ Euro 2016, qiegħed jiġi akkużat li fl-2009 abbuża sesswalment minn mara.

Kathryn Mayorga akkużat lill-attakkant ta’ 33 sena li abbużaha sesswalment ġewwa Palms Hotel and Casino f’Las Vegas. F’messaġġ fuq Twitter, Ronaldo ċaħad l-akkuża ta’ Mayorga u stqarr: “Għandi kuxjena nadifa u b’hekk se nistenna bi trankwillità r-riżultati ta’ kwalunkwe investigazzjoni li ser isseħħ.”