L-attakkant ta’ Atletico Madrid Diego Costa ser ikun barra mill-azzjoni wara li sofra injury fil-logħba tal-UEFA Champions League fejn il-klabb Spanjol għeleb lil Club Bruges. L-eks attakkant ta’ Chelsea ħareġ mill-grawnd fid-69 minuta u l-uffiċjali tal-klabb għadhom iridu jħabbru kemm ser idum barra l-plejer ta’ 29 sena.

Costa falla milli jiskurja gowl wieħed f’seba’ logħbiet ta’ La Liga u mhux ser jilgħab kontra Real Betis fil-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa. Atletico Madrid jinsabu fir-raba’ post, żewġ punti ‘l bogħod minn Barcelona.