Il-programm Follow Up tal-Ġimgħa, 5 t’Ottubru 2018, bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmarà, jiddiskuti l-ftuħ mill-ġdid tal-Parlament.

Flimkien mal-Whip tal-Gvern Byron Camilleri u dak tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, naraw x’hemm interessanti fuq l-aġenda, kif ukoll niddiskutu x’qed isir u x’jista’ jsir aktar biex il-Parlament jaqdi l-funzjoni tiegħu aħjar fl-aqwa interessi tal-pajjiż u tad-demokrazija.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM fil-5pm.