Mill-25 sat-28 ta’ Ottubru se jittellgħu l-Kampjonati Ewropej tal-Karate f’pajjiżna. Dan l-avveniment sportiv, li ser jitmexxa mill-World Karate Federation bl-għajnuna tal-SKSM Karate Malta, ser isir ġewwa l-MFCC, f’Ta Qali u madwar 2000 atleta huma mistennija jattendu.

Nhar il-Gimgħa 26 ta’ Ottubru ser isseħħ ic-ċerimonja tal-ftuħ li ser tinvolvi lill-parteċipanti kollha. L-ewwel sfidi mill-kampjonat jibdew il-Ħamis u ser ikunu qed jikkompetu atletli mill-kategoriji Juniors, Seniors u Veterans. Il-Gimgħa u s-Sibt ser ikunu ddedikati għall-kadetti u għat-tfal, kemm fil-Kata kif ukoll fil-Kumite, filwaqt li l-Ħadd tkun il-ġurnata tal-finali.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jattendi għal dan l-avveniment sabiex jagħti appoġġ lill-atleti Maltin. Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit www.ticketline.com.mt.