Il-programm Follow Up tat-Tnejn 8 t’Ottubru jiddiskuti d-deċiżjoni tal-Knisja li proprjetà tagħha tingħata għal food bank, biex jinfetaħ post li jqassam l-ikel lill-fqar. Dwar dan nitkellmu ma’ Irene Schembri minn Food Bank Malta.

Il-kriżi tal-proprjetà: Veru li hawn aktar minn 2,000 ruħ jgħixu fil-garaxxijiet? Insegwu intervista ma’ Simon Debono li huwa Estate Agent.

Għala l-kunsilli lokali qed jiġbru flus biex jippruvaw iwaqqgħu l-permess li ngħataw id-DB Group għall-proġett f’Pembroke? Nitkellmu mas-Sindku ta’ San Ġiljan Guido Dalli.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM fil-5pm. Illum bi preżentazzjoni ta’ Fr Joe Borg.