LZX CAMERA

Marsa St Michael rebħu l-Joe Compagno Cup wara li għelbu lil Valletta St Pauls bl-iskor ta’ 3-0. Dawn iż-żewġ timijiet mistennija jkunu wkoll fost il-protagonisti fl-Ewwel Diviżjoni tal-kampjonat MAFA li se jibda ftit tal-jiem oħra.

Kienu Marsa St Micheal li marru fil-vantaġġ b’gowl tal-attakkant Brażiljan Ricardo Severino. Dan tal-aħħar baqa’ jkun perikoluż fl-attakk iżda kien Dimitri Boyahdziev li skurja t-tieni gowl għal Marsa St Micheal meta għeleb lill-goalkeeper Jianiro Camilleri b’xutt minn barra l-kaxxa.

Saverino temm il-logħba b’doppjetta grazzi għal xutt li spiċċa fir-rokna tax-xibka. Valletta St Pauls kellhom iċ-ċans li jiskurjaw gowl ta’ konsolazzjoni iżda Uros Markovic falla mill-11-il metru.