Ħassar il-pjanijiet ta’ tmiem il-ġimgħa, għax it-tbassir tat-temp juri xita u maltemp qawwi!

Mis-sit tal-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’Malta jidher imbassar maltemp u xita mill-Ġimgħa sal-Ħadd.

Il-paġna fuq Facebook Malta Weather ukoll qalet li t-tbassir tat-temp juri li se jkun hemm xita qawwija u bir-ragħad min-nhar il-Ġimgħa sa nhar it-Tnejn. Huma jwissu biex kulhadd joqgħod attent mill-postijiet li jgħerrqu.

Paġna oħra jisimha The Weather Page Malta kkonfermat it-twissija għall-għarar.

Dan wara l-maltemp li kien qed ikollna fil-ġimgħa li għaddiet, kif ukoll dil-ġimgħa.