Il-paga medja f’ Malta hi ta’ €18,309, waqt li f’Għawdex kienet €16,046, dan qalu il-Ministru għal Finanzi Edward Scicluna fil-parlament.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said, il-Ministru qal li f’għeluq is-sena 2017 kienet tirreferi għal dik il-paga li jirċievu l-impjegati qabel ma jitnaqqsu kontribuzzjonijiet soċjali u l-ammont taxxabli. Dan l-ammont jeskludi ħlas ta’ sahra, allowances oħra u bonuses.

Huwa qal li  l-paga medja hi nfluenzata mid-daqs tas-settur tal-post.