Jessica Padgett marret fuq il-qabar tas-sieħeb tagħha, Kendall James Murphy fil-ġurnata meta suppost kellhom jiżżewġu wara li nqatel f’inċident tat-traffiku lura f’Novembru tal-2017. It-tfajla ħadet serje ta’ ritratti fiċ-ċimiterju bil-libsa tat-tieġ.

Murphy li kien ħaddiem tal-protezzjoni ċivili f’Indiana fl-Istati Uniti inqatel wara li ttajjar minn kollega tiegħu li kien qed isuq waqt li kien fis-sakra. Fir-ritratti Padgett onorat lir-raġel tagħha billi ppożat mal-qabar tiegħu, ħadet ritratti mal-uniformi tiegħu u mal-familja tiegħu.

Ir-ritratti li ttellgħu fuq Facebook minn Loving Life Photography ġibdu s-simpatija ta’ ħafna persuni u saħansitra ġew imxerrda minn aktar minn 21,000 persuna.

Wieħed mir-ritratti juri lil Murphy miżjud fih permezz ta’ editjar tar-ritratt.

Colby Blake qed jiġi akkużat bil-qtil tiegħu. Hu kien qed isuq fis-sakra bil-livell aktar mid-doppju tal-livell legali. Hu ma sofra l-ebda ġrieħi kawża tal-inċident. Huma kienu fit-triq għal inċident dejn kien hemm sewwieq li ma setgħax joħroġ minn trakk wara inċident tat-traffiku. Blake tajjar lil Murphy wara li rriversja fuqu waqt li Murphy kien qed jilbes l-uniformi tiegħu.