Waqt il-programm ‘Kun Afhom Aħjar’ fuq Radju RTK, Stefan Cachia tkellem ma’ Coryse Borg dwar wirja fotografika li tipproġetta perspettivi ġodda fuq Malta li spiss nesperjenzaw bla ma naprezzaw – esperjenzi bħal festi, in-natura ta’ madwarna u il-wirt kulturali – u kif dak li hu ‘kwotidjan’ jiġi mgħolli għal-livell ta’ arti li teżalta.

Il-wirja, li hija mtella’ minn Ronald McDonald House Charities (Malta) u se jsir b’risq Ċentru ta ‘Tagħlim ġdid għal tfal vulnerabbli u l-familji tagħhom fil-Qawra, tinkludi xogħolijiet ta’ 25 fotografu differenti, li kienu lkoll liberi dwar x’laqta jagħtu lix-xogħolijiet tagħhom, u dan ippermetta tiżwieqa ta’ lwien u interpretazzjonijiet.

Aktar dettalji hawn.