Waqt li d-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil kien qed jitkellem fil-ħin tal-aġġornament il-qiegħa saħnet u minkejja li l-mikrofonu tiegħu kien mitfi, id-deputat Laburista nstema’ jidgħi mid-Deputat Speaker Claudette Buttigieg. Min-naħa tagħha, Buttigieg keċċiet lil Bedingfield mill-Kamra tar-Rappreżentanti.

Ftit wara, Buttigieg ġibdet l-attenzjoni tad-deputat Laburista biex jirritorna lura u jiskuża ruħu. Bedingfield qal li d-diskors ta’ Busuttil kien tilfu u skuża ruħu. Min-naħa tiegħu, il-Whip Laburista Byron Camilleri qal li jaqbel mas-Sede li kellha tkeċċi lil Bedingfield.