Is-sewwieq Malti tal-Karting Gianluca Dingli, li huwa membru fil-Karting Club Malta, spiċċa fis-7 post fit-tellieqa finali tat-28 Trofew tal-Ħarfia. Din il-kompetizzjoni ttellgħet ġewwa ċirkwit fl-Italja li din is-sena għalaq 30 sena minn meta nbena.

Dingli kkompeta fil-kategorija magħrufa bħala “Super Rok” u beda t-tellieqa fil-15 il-post. Wara wirja tassew tajba fis-semi-finali, Dingli tejjeb il-pożizzjoni tiegħu għat-8 post biex imbagħad spiċċa fil-Finali tal-Kampjonat fis-7 post. Flimkien ma’ Dingli kien hemm sewwieqa minn diversi pajjiżi.