Għawdex u l-Għawdxin. X’qed jistennew mill-Baġit 2019? S’issa ressqu l-proposti tagħhom dwar Għawdex, l-Assoċjazzjoni ta’ Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

Il-proposti tagħhom hawn taħt:

L-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f’Għawdex (GTA

  1. Tnaqqis tar-rata tal-VAT fuq tliet snin għas-servizzi turistiċi Għawdxin sabiex tikkumpensa għax-xhur l-inqas bieżla. Ir-rati tal-VAT fuq l-akkomodazzjoni f’Għawdex jinżlu għal 3% bejn Novembru u Marzu u għal 7% bejn April u Ottubru.
  2. Ir-rata tal-VAT fuq servizzi turistiċi bħal restorants, diving u trasport għandha titniżżel minn 18% għal 10%.
  3. Parti mill-kontribuzzjonijiet ECO jintużaw biex jitjieb il-prodott turistiku Għawdxi.
  4. Skemi tat-taħriġ fix-xitwa kif ukoll fondi biex isir studju għal sit alternattiv għal airstrip minbarra dik identifikata s’issa f’Ta’ Lambert fix-Xewkija.
  5. Kunsiderazzjoni tal-proposti minn operaturi biex jibdew iħaddmu s-servizz bil-ħelikopter bejn Malta u Għawdex.
  6. Ir-raba’ vapur bejn iż-żewġ gżejjer
  7. Introduzzjoni ta’ biljett wieħed għall-Għawdxin li jintuża fuq il-Gozo Channel kif ukoll fuq it-trasport pubbliku

Assoċjazzjoni ta’ Ħaddiema Għawdxin li Jaħdmu Malta

  1. Li s-sussidju offrut lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta minn €1.12c jitla’ għal €3 sabiex sussidju jkopri parti mill-ispejjeż tat-transport ukoll. Dan ikun ifisser li f’sena dan il-cohort ta’ ħaddiema jara s-sussidju tiegħu jitla’ minn €250 għal €720 – li jfisser li ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta jaraw il-’purchasing power’ tagħhom fis-sena jiżdied b’ €470
  2. Reviżjoni tat-teleworking u reduced hours
  3. Li f’Għawdex jinbena ‘hub’ minn fejn il-ħaddiema Għawdxin ikunu jistgħu  jwettqu x-xogħol partikolari tagħhom (speċjalment xogħol li jista’ jsir mill-uffiċju) mingħajr il-bżonn li jaqsmu ta’ kuljum lejn Malta.
  4. Għandu jsir reviżjoni tal-PSMC eżistenti biex jinkludi dan il-cohort ta’ ħaddiema
  5. Għandha titwessa’ l-karreġġjata li tagħti lejn iċ-Ċirkewwa (minn linja waħda għal żewġ linji) sabiex jittaffa l-ħin ta’ stennija u l-konġestjoni ta’ traffiku
  6. Jitħaffef il-proċess għax-xiri jew kiri tar-raba’ vapur
  7. Jitħaffef il-proċess tal-Fast Ferry u Park and Ride Service fl-Imġarr
  8. Il-Gvern għandu jibda jistħarreġ permezz ta’ studju l-possibilità li l-leave tal-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta u li joqogħdu Għawdex jiżdied b’5% biex jagħmel tajjeb għall-ħin mitluf.

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ)

  1. Bżonn ta’ investiment f’fibre optic cable oħra, li mhux biss tgħaqqad lil Għawdex ma’ Malta, izda wkoll mal-Italja.
  2. Twaqqif ta’ GU Clinic f’Għawdex
  3. Twaqqif ta’ hostel f’Malta għall-Għawdxin li jistudjaw Malta

Għawdxi jew Għawdxija? X’tixtieq tisma’ fil-Baġit għas-sena d-dieħla? Ibgħatilna fuq info@newsbook.com.mt