Il-kantanta maltija Gaia Cauchi se tkun qed tattendi għall-fażi li jmiss ta’ X-Factor magħrufa bħala l-judges houses f’Los Angeles.

Dan wara li l-kantant magħruf Robbie Williams għażel lill-grupp tagħha Sweet Sense, bħala wieħed mis-6 gruppi fiċ-ċans li jikkompetu fis-serati televiżivi ta’ X-Factor tar-Renju Unit.

Il-grupp huwa magħmul minn Gaia Cauchi (15), Kezia Povey (15), Ellie Grant (17), u t-tewmin Billie u Charlie Tomo (18). Flimkien interpretaw id-diska Uptown Funk ta’ Mark Ronson u Bruno Mars.

Fl-auditions Gaia kantat ‘Only Love Can Hurt Like This’  ta ‘Paloma Faith’.  Simon Cowell qal li għandha “preżenza vera qawwija” u kien l-ewwel li jgħid iva biex hi tgħaddi għall-istadju li jmiss.