Raġel li kien qed isuq karozza minn Ta’ Xbiex għall-Gżira ħelisa ħafif wara li tilef il-kontroll u tfarrket il-karozza.

Dan ikkonfermatu ma’ Newsbook.com.mt kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq ix-Xatt. Jidher li r-raġel ta’ 26 sena minn San Ġiljan tilef il-kontroll tal-karozza, ħabat ma’ central strip imbagħad żvijja u baqa’ dieħel ġo żewġ karozzi pparkjati fit-triq. Filwaqt li l-karozza tinsab fi stat irriparabbli, ir-raġel jidher li ma sofra l-ebda ġrieħi.