Sir Michelangelo Refalo Sixth Form, bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex se jtella’ serata f’ġieħ il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila għada l-Ġimgħa fis-7pm.
Din is-serata ta’ kant, żfin u poeżija se ssir  fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex.
Dun Karm Psaila twieled Ħaż-Żebbuġ fit-18 ta’ Ottubru tal-1871 u miet f’San Ġiljan fit-13 ta’ Ottubru tal-1961. Il-Poeta Nazzjonali ndifen fiċ-ċimiterju ta’ Ħaż-Żebbuġ.