Raġel weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza kmieni dalgħodu f’Ħaż-Żabbar.

Skont il-Pulizija, l-inċident seħħ fit-8.20am fi Triq Villabate. Ir-raġel Sirjan ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar stess intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti ż-Żejtun. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.