Ix-xita jidher li reġgħet riesqa lejn Malta hekk kif is-sema nbidlet kulur griż skur u saħansitra l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ ħalbiet iżolati tax-xita bir-ragħad.

Min-naħa l-oħra is-sit MaltaWeather.com qalet li Malta se tidħol għal sebat ijiem. Dan skont mudelli matematiċi tat-temp li qed jindikaw ħalbiet tax-xita, li jistgħu jkunu qawwija u bir-ragħad kultant.

Intant, il-paġna Maltese Roads Traffic Updates qalet li bħalissa hemm kju eċċessiv fl-Imġarr Għawdex jistenna sabiex jaqsam il-fliegu, filwaqt li jidher li l-maltemp qiegħed fi triqtu minn Għawdex għal fuq Malta.

Ibgħatilna filmati u ritratti tal-maltemp fuq info@newsbook.com.mt