Mara ta’ 34 sena minn Birżebbuġa li kienet qed taqsam it-triq f’Birżebbuġa stess ittajret minn karozza u ndarbet ħafif.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7. 10 pm fi Triq Birżebbuġa. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 67 sena miż-Żurrieq.