Raġel minn South Carolina qed jiġi akkużat b’attentat qtil wara li l-Pulizija qalu li spara lil kuġinuh wara li avżah sabiex ma jiekolx il-pakkett krisps tiegħu.

Ryan Langdale ta’ 19-il sena mar minn jheddu għand il-Pulizija u qalilhom bil-każ. Apparti l-attentat ta’ qtil qed jiġi akkużat ukoll li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar waqt li seħħ att vjolenti u li kiser il-liġi. Dan ħareġ fil-gazzetta The State.

Il-Pulizija spjegaw li fid-29 ta’ Settembru kienu ntalbu jassitu fid-dar fejn il-kuġin tal-akkużat kien għadu kemm qala’ tir. Iż-żewġ żgħażagħ, inkluż il-vittma ta’ 17-il sena qalu lill-Pulizija li kien il-vittma li spara lilu nnifsu intortament waqt li kien qed inaddaf is-senter tal-kaċċa.

Il-vittma ttieħed b’urġenza l-isptar minħabba li kien qed isofri minn ġrieħi li setgħu swewlu ħajtu. Hu mbagħad ġie trasferit fi sptar ieħor. L-istorja bdiet tinbidel meta ż-żagħżugħ beda jirkupra fl-isptar. Spjega wkoll li minkejja li kuġinuh heddu li jekk jiekol il-krisps kien se jisparalu, spiċċa sparalu xorta minkejja li dan qatt ma kien kielhom.

Longdale baqa’ taħt arrest sakemm xi ħadd ma jħallasx għall-ħelsien mill-arrest tiegħu li jiswa $55,000.