Sena wara l-assassinju tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalist tal-BBC ta’ statura internazzjonali John Sweeney jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ Fr Joe Borg waqt il-programm Newsline fuq RTK fid-9am

Veru li ż-żjara tiegħu f’pajjiżna hija parti minn kampanja internazzjonali kontra Malta? Jekk mhux hekk, allura x’reġa ġie jagħmel Malta? Ma jaħsibx li kien inġust meta iddeskriva lill-Prim Ministru ta’ Malta bħala l-Artful Dodger tal-Ewropa? X’jidhirlu mit-theddid lejn il-ġurnalisti f’diversi pajjiżi?

Nitkellmu wkoll ma’ Angele Deguara mill-Moviment Graffitti dwar proġett ta’ crowd funding li huwa għaddej bħala parti mill-oġġezzjoni għall-proġett tad-DB Group f’Pembroke.

Newsline jixxandar kull nhar ta’ Sibt fid-9am fuq RTK 103FM