Gaia Cauchi flimkien mal-grupp tagħha, Sweet Sense lbieraħ temmew l-avventura  tagħhom f’X Factor fl-Istati Uniti. Huma ġew eliminati meta kantaw il-kanzunetta History quddiem Robbie Williams u l-istilla ta’ Britain’s Got Talent David Walliams.

Qabel bdiet il-kanzunetta, Robbie Williams qalilhom li dan hu l-bidu tal-band għax imorru sew flimkien u tajjeb li japprezzaw il-mument. David staqsieh meta din l-esperjenza tinbidel, b’Williams iwieġbu li tinbidel mal-ewwel single. Wara li kantaw Williams faħħar il-vuċijiet inkredibbli tagħhom però qalilhom li bdew iħarsu lejn xulxin b’mod nervuż u li din tista’ tkun problema.

Il-grupp Panda and Burgundy ġew eliminati wkoll filwaqt li LMA Choir, A Star, Misunderstood u Vibe 5 għaddew għall-fażi li jmiss.