Il-Membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Jacqueline Gili, li nġabet Malta b’jet privat biex tivvota favur il-proġett tal-Grupp db, kienet akkumpanjata minn passiġġier ieħor, minuri li kien qiegħed fuq il-btala magħha.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil. Huwa qal li l-Awtorità infurmatu li s-servizz ikopri t-titjira u mhux kemm passiġġieri jivvjaġġaw.

L-Awtorità tal-Ippjanar kriet business jet privat li sewa €8,750, biex inġabet Malta din il-membru tal-Bord, minkejja li dakinhar kien hemm titjira regolari tal-Air Malta li kienet tiswa madwar €210.