Filmati mtella’ fuq il-midja soċjali juru kif it-toroq Għawdxin jinsabu mgħaddsa taħt l-ilma kawża tax-xita qalila li ħakmet il-Gżejjer Maltin.

Il-filmati li ttellgħu fuq Gozo Weather Page juru triq f’Kerċem li inbidlet fi xmara. Sitwazzjoni simili tidher f’Wied ta’ Żejta li jinsab bejn ix-Xagħra u r-Rabat Għawdex.