Il-gwardjani lokali, li issa bdew jissejħu uffiċjali tal-komunità, għandhom ukoll uniformi ġdida.

Waqt it-tnedija, l-uffiċjali kollha kienu lebsin din l-uniformi.

Fid-diskors tiegħu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-komunitajiet Silvio Parnis qal li din hija inizjattiva pożittiva oħra flimkien ma’ aktar riformi li jkomplu jwasslu għal aktar serjetà fl-infurzar kif ukoll għal sens ta’ iktar sensibilità fl-infurzar.

Id-dehra l-ġdida tal-uffiċjali tal-komunità hija parti mir-riforma li bdiet f’Mejju li għadda wara li l-ħaddiema ġew trasferiti f’dipartiment li jagħmel mal-aġenzija governattiva LESA.