Mara tat id-dar tagħha għall-Fondazzjoni ALS waqt il-programm Xarabank li sar ilbieraħ biex jiġbor fondi biex tinbena t-tieni dar għall-persuni li jbatu mill-marda tal-ALS. Is-somma finali li nġabret waqt il-programm kienet ta’ €921,856.

Fil-programm għadd ta’ persuni ċemplu jew taw id-donazzjoni tagħhom biex aktar persuni bl-ALS ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti bl-għajnuna ta’ tgħamir u riżorsi apposta.

F’messaġġ wara li spiċċa l-programm, Bjorn kiteb li “l-poplu Malti u Għawdxi huwa d-definizzjoni tal-veru qalb ġeneruża”.

Bjorn irċieva wkoll l-unur tal-Premju Ċittadin Ewropew mogħti kull sena mill-Parlament Ewropew liċ-ċittadini, gruppi, assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet minħabba kisbiet jew impenji eċċezzjonali għall-ġid tas-soċjetà f’oqsma differenti. Għal dan il-premju, Bjorn kien appoġġjat mis-sitt Membri Parlamentari Ewropej kemm tal-Partit Laburista kif ukoll tal-Partit Nazzjojnalista. Il-Membri Parlamentari Ewropej Marlene Mizzi u Miriam Dalli kienu nnominaw lil Bjorn f’Marzu li għadda