L-attakkant ta’ 32 sena Bojan Kaljevic rebaħ l-unur tal-BOV plejer tax-xahar għal Settembru wara bosta wirjiet pożittivi għal Valletta F.C.

Kaljevic, li ngħaqad ma’ Valletta fuq kuntratt ta’ 3 snin wara li telaq lil Balzan matul is-sajf li għadda, sar plejer ferm importanti għat-tim Belti wara li skurja gowl kontra Qormi u tripletta kontra Senglea F.C.

Il-plejer Montenegrin ingħata t-trofew tal-BOV plejer tax-xahar mingħand il-Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta, Charles Azzopardi.