AC Milan sofrew it-tieni telfa tagħhom f’ħamest ijiem wara li Real Betis ħarġu rebbieħa ġewwa San Siro f’logħba tal-Europa League. Il-klabb Spanjol fetaħ l-iskor wara 30 minuta grazzi għal Antonio Sanabria.

L-eks midfielder ta’ Paris Saint Germain Lo Celso għamilhom 2-0 b’xutt mill-bogħod fit-tieni taqsima. Patrick Cutrone skurja gowl ta’ konsolazzjoni għat-tim ta’ Gennaro Gattuso fit-83 minuta hekk kif AC Milan tilfu l-ewwel partita tagħhom f’din l-edizzjoni tal-Europa League wara li kienu reħbu l-ewwel żewġ logħbiet fi Grupp F.