Persuna tkellmet ma’ Newsbook.com.mt u spjegat li binha li jattendi l-iskola Primarja ta’ San Alwiġi f’Ħal Balzan qed ikollu jistenna barra l-iskola flimkien ma’ sħabu kuljum malli jaslu l-iskola. Il-persuna spjegat kif jum wara jum, it-tfal baqgħu jitħallew barra l-iskola u donnu ħadd m’hu qed jipprova jsib solluzzjoni għal dan.

Aktar kmieni din il-ġimgħa kienu l-bosta ġenituri li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt u spjegaw kif tfal tal-iskola li l-etajiet tagħhom jibdew minn seba’ snin qed jitħallew jistennew fuq il-bankina għal kwarta kull filgħodu sakemm tiftaħ l-iskola.