Il-ħelikopter tas-sid ta’ Leicester City Vichai Srivaddhanaprabha waqa’ barra mill-King Power Stadium wara l-logħba li l-Foxes kellhom kontra West Ham ilbieraħ filgħaxija. Minkejja li l-klabb ma ħareġ l-ebda stqarrija uffiċjali dwar l-inċident, rapporti fil-midja Ingliża saħqu li n-negozjant Tajlandiż kien fuq il-ħelikopter.

Partitarji li nġabru quddiem il-grawnd matul il-jum urew solidarjetà lejn sid il-klabb li għenhom jirbħu l-kampjonat Ingliż fl-2016. Xhieda ddikjaraw li ħsara fil-magna waslet biex il-ħelikopter jieqaf waqt li kien fl-ajru qabel beda nieżel lejn l-art fid-8.45pm.