Raġel ta’ 57 sena miż-Żurrieq li lbieraħ kien qed isuq mutur jinsab gravi wara li ħabat f’barrier fi Triq Louis Wettinger.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6 pm. Huwa ġiet iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Persuna li kienet fuq il-post ftit wara li seħħ l-inċident qalet ma’ Newsbook.com.mt li numru ta’ sewwieqa ta’ karozzi niżlu jgħinu lill-persuna li kienet qed issuq il-mutur. Qalet ukoll li jidher li ma kienx hemm aktar vetturi involuti fl-inċident.