7 xhur oħra il-poplu se jissejjaħ jeleġġi r-rappreżentanti tiegħu fil-Kunsilli Lokali. Il-Gvern ppropona numru ta’ emendi biex jissaħħu l-Kunsilli.

Se jtejjbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti jew se jkunu bidliet kosmetiċi? Il-bidliet li se jsiru se jsaħħu t-tessut soċjali u ekonomiku tal-lokalitajiet? Kif qed jilqgħu għaż-żieda fil-popolazzjoni il-Kunsilli Lokali?

Mistiedna: Mario Calleja, is-Sindku ta’ Marsascala; Charles Bonello, Kunsiller u Direttur tal-Kunsilli Lokali.

Sergio Mallia jkompli jistaqsi dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali waqt Follow Up fil-5pm fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt