Waqt Follow Up tal-Erbgħa 31 t’Ottubru 2018, insegwu intervista mal-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna li jitkellem dwar dak li qalu l-isqfijiet waqt is-Sinodu dwar iż-żgħażagħ fil-Vatikan li ġie fi tmiem il-Ħadd li għadda. 

Nistaqsu: X’differenza jagħmel is-Sinodu bħal dan fil-ħajja taż-żgħażagħ tal-lum?

Fit-tieni parti tal-programm, insegwu intervista mad-deputati David Stellini u Edward Zammit Lewis dwar kif Brexit jaf tolqot lil Malta u lill-Maltin.

Follow Up jixxandar fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5pm. Illum bi preżentazzjoni ta’ Fr Joe Borg.