Ħafna qed jistaqsu jekk Halloween Pembroke, il-festin li jsir fl-istess lokal kull sena, huwiex se jsir din is-sena minħabba x-xita.

Għalkemm illum ix-xita ma waqfitx, jidher li l-organizzaturi ta’ din l-attività li ħafna tfal ikunu qed jistennew kull sena se jippruvaw jipperseveraw bil-għan li llejla din l-attività ssir. Ma’ Newsbook.com.mt is-Segretsrju Eżekuttiva tal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke qal li s’issa huwa antiċipat li l-attivita’ ser issir dment li jżomm it-temp. Aktar kmieni wars wars nofisinhar is-Sindku ta’ Pembroke Dean Hili fuq Facebook ostna li l-organizzaturi se jagħmlu ħilithom biex jipperseveraw filwaqt li jittama li jkunu jistgħu jieħdu pjaċir flimkien illejla, għat-tfal u għal Puttinu.

Sadanittant il-paġna tat-tbassir tat-temp ‘Aġġornament tat-temp’ qed tavża li possibilità għolja ta’ammont ta’ xita qawwi fil-ħin li ġej. Għalhekk jekk wieħed xorta ħiereġ għal Halloween illejla tajjeb li jieħu miegħu umbrella.

Din l-attività f’Pembroke li ssir bil-għan karitattiv li jinġabru l-flus għal Puttinu b’kollaborazzjoni bejn diversi organizzaturi, fosthom il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke u d-Danusan, tkun mistennija minn ħafna tfal u żagħżagħ.

Filmat + Ritratti: Leon Xuereb