L-eks attakkant ta’ Juventus Vincenzo Iaquinta weħel sentejn ħabs wara li nstab ħati li kien qed iġorr arma tan-nar mingħajr permess filwaqt li missieru, Giuseppe Iaquinta, ingħata sentenza ta’ 19-il sena minħabba rabtiet mal-mafja.

Iaquinta rebaħ it-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Taljan u lagħab ukoll ma’ Udinese, Padova, Cesena, Reggiolo u Castel di Sangro qabel irtira fl-2013. L-eks plejer ta’ 38 sena kien fost 148 persuna li ġew akkużati talli għenu lill-grupp mafjuż mill-Kalabrija magħruf bħala “‘Ndrangheta.”