Fil-programm Follow Up tal-Ħamis 1 ta’ Novembru, nitkellmu mal-Kurunell Martin Cauchi Inglot, li ġie maħtur Segretarju Ġenerali tal-Partit Demokratiku. Inħarsu lejn il-Partit Demokratiku bħala realta’ politika f’pajjiżna. Kif qed iħejji ruħu bħala Partit fil-Parlament u Partit prospettiv għall-elezzjonijiet tal-2019?

Imbagħad nitkellmu fuq il-prinċipji u t-twemmin tal-PD, fiex jemmen, u kif iħares lejn sfidi bħall-ħarsien tal-ambjent, immigrazzjoni, ippjanar, u temi oħra marbutin mas-sostennibiltà.

Dawn u mistoqsijiet oħra waqt Follow Up fil-5pm fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt. Imexxi l-programm Dr George Vital Zammit.