Il-plejer Brażiljan Daniel Correa Freitas instab mejjet matul il-lejl tas-Sibt l-għadda ġewwa Sao Jose dos Pinhais. Skont il-gazzetta Brażiljana Band B il-midfielder offensiv ta’ 24 sena, li nstab kastrat u kważi b’rasu maqtugħa, ġie ttorturat. It-triq fejn instab il-ġisem huwa magħruf bħala post fejn jitħallew bosta katavri.

Freitas beda l-karriera tiegħu ma’ Botafogo qabel ingħaqad ma’ Sao Paolo fl-2015. Matul l-aħħar sentejn ġie misluf lil Coritiba, Ponte Preta u mbagħad lil Sao Bento.