Il-programm Follow Up ta’ nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Novembru 2018, bi preżentazzjoni ta’ Desmond Zammit Marmarà, se jkun qed jiddiskuti s-sistema l-ġdida tas-separazzjoni u l-ġbir tal-iskart f’pajjiżna.

Għaliex hemm bżonn li nisseparaw l-iskart? Taħseb li s-sistema l-ġdida qed tiddaħħal bil-għaġġla wisq? Huwa aċċettabbli li tibgħat liċ-ċittadini fil-kju għall-kontenituri? X’jiġri jekk xi ħadd jitfa’ borża bl-iskart mhux isseparat quddiem biebek?

Dwar dan is-suġġett nitkellmu ma’ Ralph Cassar, is-Segretarju Ġenerali tal-Alternattiva Demokratika u ma’ Andre’ Grech, il-Viċi Sindku ta’ Ħal Balzan.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm